Tinkwetax jekk fl-aħħar ħin l-app tal-mużika Spotify mhix taħdimlek. Diversi persuni rrappurtaw li din l-app fl-aħħar ħin ma kienetx qed tiffunzjona kif normalment tagħmel.

Fost ir-rapporti li daħlu s’issa kien hemm min qal li ma setgħux d-diski bħas-soltu, filwaqt li oħrajn qalu li l-ħsara tinsab fil-konnessjoni tas-servers hekk kif l-app qed taħdmilhom normali offline għajr għal meta jippruvaw jaqbdu mal-internet.

Fl-aħħar siegħa daħlu mijiet ta’ rapporti ta’ dan it-tip dwar Spotify minn madwar id-dinja fuq is-sit Down Detector, bil-maġġoranza tagħhom l-iktar mit-Tramuntana tal-Ewropa