Carole Middleton, omm id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton irrivelat x’inhi l-akbar biża’ tagħha dwar uliedha. L-omm ta’ 63 sena qalet li sa minn meta kienu żgħar it-tfal, l-akbar biża’ tagħha kienet li uliedha ma jibqgħux qrib xulxin.

L-omm tmexxi kumpanija flimkien mar-raġel tagħha. Hi qalet li t-tfal huma kuntenti li ommhom taħdem iżda qalet li għalkemm tqatta’ ħafna ħin fuq ix-xogħol, xorta tipprova kemm tista’ tqatta’ l-ħin mal-familja. Hi qalet li għalkemm issa t-tfal kibru, l-biżgħa tagħha ma saritx realtà u b’hekk xorta għadhom isibu l-opportunità bħala familja biex iqattgħu ħin flimkien.

Carole kellha kliem sabiħ ukoll dwar ir-raġel ta’ bintha Kate, il-Prinċep William.