Qattus abbandunat li nstab taħt karozza, tela’ fuq spellet ċ-ċiklista Madison Kelly u ma ħallihiex titlaq. Dak il-ħin hija kienet għadha kemm spiċċat tellieqa bir-roti u kienet qed tirritorna lejn il-vann. Madison qalet li l-qattusa kienet waħidha u xi ċiklisti sabuha taħt il-karozzi kollha ħmieġ. Hija kienet qed tfittex lil xi ħadd biex jaddottaha.

Kif Madison ħadet il-qattusa f’idejha immedjatament din telgħet fuq spalllitha u ddeċidiet li toqgħod hemm. Hija qalet li għalkemm ma rebħitx it-tellieqa rebħet il-qattusa. Hija semmietha Puig u qalet li tinsab kuntenta ħafna bil-familja l-ġdida tagħha.

Il-qattusa għamlet it-triq kollha titfissed ma’ Madison u qalet li kif waslu d-dar hija tatha tiekol u ħaslitha. Madison qalet li issa l-qattusa dejjem tiġri warajha biex tara x’qed tagħmel u tkun tridha tilgħab magħha.

Madison qalet li ftit ġimgħat wara hi u s-sieħeb tagħha addottaw qattusa oħra biex Puig ikollha ma’ min tilgħab.

Madison appellat biex jiġu addottati annimali abbandunati, hi qalet li dawn jibqgħu jħobbuk dejjem.