David Villa se jerġa’ jilgħab ma’ Andres Iniesta hekk kif l-attakkant għażel li jingħaqad mat-tim Ġappuniż Vissel Kobe. Villa temm l-esperjenza ma’ New York City FC u mistenni jibda jilgħab mal-klabb il-ġdid tiegħu b’mod uffiċjali minn Jannar.

Villa lagħab flimkien ma’ Iniesta mill-2010 sal-2013 meta t-tnejn li huma kienu plejers ta’ Barcelona u kisbu bosta suċċessi mhux biss mal-klabb iżda wkoll fuq livell internazzjonali. Il-plejer ta’ 37 sena, li lagħab ukoll ma’ Valencia u Atletico Madrid, skurja 80 gowl f’124 logħba ma’ New York City FC.

Hiroshi Mikitani, il-president ta’ Vissel Kobe, stqarr: “Nixtiequ nintroduċu stil ġdid u wara li tkellimna mal-kowċ, indunajna li Villa huwa attakkant adattat għal dan l-istil ta’ logħob. Huwa attakkant mill-aqwa.”