Il-Gvern ippubblika lista ta’ ikel rakkomandat li għandu jkun offrut waqt riċevimenti u okkażjonijiet speċjali fl-iskejjel. Din il-lista tvarja minn affarijiet li l-Maltin draw jieklu waqt festini bħal ma’ huma l-pastizzi u s-sausage rolls.

L-ikel jinkludi:
• Panini żgħar bit-tonn
• Pizza bit-tiġieġ
• Kebabs tal-mozzarella u tadam
• Popcorn mingħajr melħ
• Fruit salad
• Cupcakes tat-tuffieħ

Bħala xorb, il-Gvern qal li, fost xorb ieħor, l-aħjar jiġi offrut:

• Ilma
• Milkshakes tal-frott

Il-Gvern qal li l-ikel għandu jkun bilanċjat u varjat. Jirrakkomanda li jintuża’ frott u ħaxix lokali. Il-kebab sticks għandhom jinġabru għar-raġunijiet tas-sigurtà.

Għal aktar dettalji, tista’ tidħol hawn.