L-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech kellu messaġġ pożittiv f’għeluq il-31 sena anniversarju tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu. L-Isqof Grech qal li kienu 31 sena ta’ barka għax il-moviment żamm ħaj fid-djoċesi u kebbes l-imħabba lejn il-Missjoni.  Hu qal li jirringrazza lill-Alla li hu ragħaj ta’ Knisja Missjunarja. L-Isqof Grech ġedded l-apprezzament tiegħu lejn il-moviment kif ukoll lejn il-fundatur, Dun Ġorġ Grima.

L-Isqof Grech fakkar ukoll għeluq snin Dun Ġorġ u wiegħed li se jkun qed jitlob għalih biex x’ħin ikun il-waqt u jkun jista’ jgawdi l-viżjoni bijatifika, ma jinsiex il-poplu Malti u Għawdxi.