Jekk għadek indeċiż x’tixtieq tixtri rigal tal-Milied għalik jew għal xi ħadd qrib tiegħek, taf issib soluzzjoni jekk għandek ftit flus x’tonfoq.

Dan għaliex dak li jitqies bħala l-ewwel ktieb li qatt inkiteb dwar stock exchange tpoġġa għal bejgħ għal prezz stmat li jlaħħaq it-300,000 dollaru. Il-ktieb li kien inkieteb minn Joseph Penso de la Vega fl-1688 bit-titlu Confusion of Confusions, inkieteb dwar l-istock exchange ta’ Amsterdam, li kienet twaqqfet fl-1602 mill-kumpanija Olandiża East India.

F’dan il-ktieb, l-awtur jiddeskrivi s-suq bħala ħidma onesta u onorabbli, madanakollu jwissi lil qarrejja tiegħu li hemm uħud li lesti jieħdu vantaġġ u jqarrqu bil-proxxmu.

Jekk inti imħajjar jaqbillek ma ddumx ma taħsiba għaliex l-offerti jgħallqu fis-17 ta’ Diċembru.

L-Isterlina tissaħħaħ xi ftit bl-aħħar aħbarijiet rigward Brexit

Minkejja t-turbolenzi politiċi li għaddej minnhom ir-Renju Unit fl-aħħar ġranet minħabba l-iżviluppi ta’ Brexit, l-Isterlina ħadet ftit ir-ruħ matul il-ġurnata tal-lum.  F’opinjoni li ma torbotx, l-avukat ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja rrimarka li r-Renju Unit xorta waħda jkun jista’ jissospendi unilateralment il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr il-bżonn ta’ permess mill-pajjiżi l-oħra tal-UE.

Id-deċiżjoni aħħarija tal-Qorti dwar din il-kwistjoni mistennija tingħata fil-ġranet li ġejjin iżda huwa imbassar li l-panel ta’ imħallfin li se jiddeċiedu dwar il-każ ma jibdilx din l-opinjoni u allura jimxi fuq l-istess passi tal-avukat ġenerali.

Ġerusalemm bl-ikbar żieda fit-turisti għal din is-sena

Ġerusalemm mistennija tkun l-iktar destinazzjoni li żiedet l-ammont ta’ turisti fl-2018. Skont ċifri maħruġa mill-Euromonitor International, Ġerusalemm se tkun l-iktar belt popolari flimkien mal-Indja u l-Ġappun. Filwaqt li Hong Kont se jkun l-iktar pajjiż li rreġistra wasliet ta’ turisti fl-2018.

Il-Euromonitor International hija kumpanija ta’ riċerka fl-ivvjaġġar ibbażata f’Londra.

Skont l-istess rapport huwa indikat li l-ammont ta’ wasliet ta’ turisti huwa mbassar li jiżdied b’5 fil-mija fl-2018 biex jilħaq iċ-ċifra ta’ 1.4 biljun vjaġġ. Ġerusalemm se tkun qed tara żieda ta’ 38 fil-mija b’total ta’ 4.8 miljun turist sal-aħħar tas-sena. Fl-2017 l-istess belt esperjenzat qabża ta’ 32 fil-mija fl-2017. Dawn ir-riżultati huma frott ta’ tisħieħ fil-marketing u stabbilità fil-pajjiż.

Intant l-iktar lokalitajiet li esperjenzaw tnaqqis huma Beijing, Las Vegas u Miami. Filwaqt li l-Asja qed tkompli tissaħħaħ fir-rankings tagħha fost l-aqwa 100.

Il-belt ta’ Porto li skont World Travel Awards  ġiet nominimata bħala l-aqwa destinazzjoni fl-2018 fl-Ewropa, qed tities bħala Belt li taf tirreġistra interess fost l-aqwa destinazzjonijiet. Huwa imbassar li din il-belt Portugiża se tibbenefika minn żieda ta’ 7% fil-wasliet fl-2018.

 Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net 

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.