Raġel li salva vjaġġ fuq il-baħar bit-tama li jsib ħajja aħjar qal ma’ Reuters li 15-il immigrant minn 25 mietu ftit ‘il barra mill-Kosta Libjana wara li qattgħu 12-il jum mingħajr ikel u ilma.

Sid ta’ dar fuq bajja ltaqa’ ma’ dawn l-immigranti jitkaxkru mill-mewġ lejn il-bajja viċin il-belt ta’ Misrata u talab l-għajnuna tal-awtoritajiet. Ir-raġel Eġizzjan li slava qal li kienu telqu mil-villaġġ ta’ Sabratah fil-Libja.

Skont residenti, 10 mill-immigranti li salvaw jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa ħażina ħafna.