Il-Ministru Ian Borg (lemin) flimkien mal-Prim Ministru u Luke Dalli (xellug), iben il-Ministru Helena Dalli.
Il-Membru Parlamentari Laburista Edward Zammit Lewis, it-tifel tal-Ministru Dalli, Luke Dalli, l-Eks Membru Parlamentari Labursita Joe Cilia, il-ġurnalist tal-One TV Karl Stagno Navarro u l-kriminologu Prof. Saviour Formosa huma fost il-konsulenti li taw il-pariri tagħhom lil entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali mmexxi mill-Ministru Ian Borg.
Il-lista ppubblikata fil-Parlament tinkludi 33 persuna jew kumpanija. L-informazzjoni ngħatat fuq mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.