St Moritz huwa post fejn wieħed jista’ jmur għal xi btala ħelwa fil-jiem xitwin. Dan huwa l-post fejn twieled it-turiżmu tax-xitwa fl-Alpi u ospita darbtejn l-Olimpjadi tax-Xitwa. Huwa wkoll magħruf bħala l-iktar belt famuża fl-Ewropa għall-iskijjar.

Dan jinsab f’nofs l-Alpi Svizzeri, u ppopolarizza l-isports tax-xitwa moderni bħall-cricket tas-silġ u polo tas-silġ – huwa wkoll iġġenera numru ta’ lukandi lussużi ta’ ħames stilel u ristoranti tal-ogħla klassi. Huma ħafna l-artisti u nies sinjuri li jżuru dal-pajjiż f’dan iż-żmien tas-sena.