Għal dawn l-aħħar xhur, żewġ studenti miċ-Ċentru tan-Nadur bil-għajnuna tal-Leaders tagħhom, irnexxielhom joħorġu CD bil-kant tal-Avvent u l-Milied – ’Qed inħabbrulkom ferħ kbir’.

Dan is-Cd sar permezz ta’ xi solisti li huma jew kienu parti miċ-Ċentru u permezz ta’ grupp ta’ tfal (il-kor) mir-raħal.

Uħud mill-innijiet huma magħmulha apposta biex jintużaw fin-novena peress li jirrappreżentaw xi persunaġġi li normalment nużawhom fin-noveni: Ġużeppi (Ġużeppi, la tinkwetax!), Ir-ragħajja (ferħ kbir), Ġwanni l-Battista (Bħal Ġwanninu), il-Kewkba (kewkba tiddi).  Hemm ukoll l-innu ‘Qawwu qalbkom’ li huwa Salm Responsorjali tat-23 ta’ Diċembru. Dawn l-innijiet jistgħu jiġu mgħallma faċilment lit-tfal jew lil korijiet tat-tfal biex imbagħad fin-noveni jkun hemm partiċipazzjoni ħajja.

Is-CD jinxtara b’donazzjoni ta’ €10 u l-music book (fih il-mużika ta’ kull innu, kemm għall-pjanu/orgni u kemm għall-kitarri) għal €8.  Min jixtrihom flimkien il-prezz ikun €15.

Għal aktar dettalji ċempel 99228367 jew ibgħat imejl fuq m.bonello@hotmail.com.