F’għeluq is-60 Anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali , p. Dumink V Scerri OP jistieden lill-ħbieb tiegħu biex flimkien iroddu ħajr ‘l Alla waqt Quddiesa Solenni Konċelebrata nhar il-Ħamis 20 ta’ Diċembru fis-6.30 p.m. fis-Santwarju Bażilika ta’ Ġesu’ Nazzarenu, Sliema, u wara għal riċeviment fis-Sala taċ-Ċentru Pastorali u Kulturali “De Porres” fi Triq ix-Xatt ta’ Tigne’, Sliema.