L-Isqof Awżiljarju Mons. Galea Curmi ngħaqad mal-istudenti universitarji biex jagħsar il-larinġ b’risq in-nies fil-bżonn.

Huwa qal li permezz ta’ din l-inizjattiva tal-Għaqda tal-Istudenti tat-Teoloġija, l-istudenti qegħdin jilħqu l-bażi tal-fidi Nisranija billi jaħsbu f’min hu fil-bżonn. Huwa faħħar ukoll il-fatt li din il-kampanja tgħin biex tqajjem kuxjenza fuq ix-xogħol tal-Caritas, li d-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt qal li tajjeb wieħed jirrikonoxxi li dan ix-xogħol isir bla ħlas.

L-GħST bħalissa għaddejja b’kampanja fl-Università, imsejħa Orange Campaign, fejn isir għasir tal-larinġ u bejgħ ta’ downats u ikel ieħor fil-Kwadranglu, li l-qligħ kollu tagħhom se jmur għall-Caritas Malta.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca wkoll żaret l-Orange Campaign, u rringrazzjat lill-istudenti tal-għaqda li, għal sena oħra, qegħdin jorganizzaw din il-kampanja f’dawn iż-żminijiet, kampanja li permezz tagħha juru kemm iħaddnu bis-sħiħ il-valur tal-ġenerożità u tas-solidarjetà.