REUTERS/Simon Dawson

Il-Kap Prosekutur ta’ Istanbul ħareġ mandat t’arrest għal persuna li taħdem għall-Prinċep tal-Arabja Sawdija u għad-Deputat Kap tal-Intelliġenza Barranija fuq suspett ta’ qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur ikkonkluda li hemm suspetti qawwija li Saud Al-Qahtani u l-Ġeneral Ahmed Al-Asiri, li tneħħew mill-pożizzjonijiet tagħhom f’Ottubru, huma fost dawk li ppjanaw il-qtil ta’ Khashoggi fit-2 t’Ottubru fil-Konsulat ta’ Istanbul.

Dan jum biss wara li s-senaturi tal-Istati Uniti qalu li huma ċerti li l-Prinċep tal-Arabja Sawdija Mohammed bin Salman huwa responsabbli għall-qtil ta’ Khashoggi.

Khashoggi nqatel wara li żar il-konsulat Sawdi fl-Istanbul fit-2 t’Ottubru. Il-President Tork Erdogan qal li l-ordni għall-qtil tiegħu nħarġet mill-ogħla livell tal-Gvern Sawdi, imma x’aktarx mhux mir-Re Salman, u dan tefa’ dawl fuq l-eredi ta’ Salman.