Alex Brandon/Pool via REUTERS

L-eks President Amerikan George H.W. Bush ingħata l-aħħar tislima l-Erbgħa f’funeral statali. Ħafna qiesu lil Bush bħala persuna kbira fil-politika li se jibqa’ mfakkar kemm bħala eroj fil-kunflitti Amerikani kif ukoll bħala persuna li jirrappreżenta politika iktar ċivili tal-passat. Il-funeral sar fil-Katidral Nazzjonali ta’ Washington fejn politiċi miż-żewġ partiti l-kbar ingħaqdu biex jagħtuh l-aħħar tislima.

Bush kien il-41 President tal-Amerika u miet il-Ġimgħa tal-ġimgħa l-oħra fl-età ta’ 94 sena.