REUTERS/Yiannis Kourtoglou

Minn tal-inqas erba’ persuni nqatlu kawża ta’ għargħar fit-tramuntana ta’ Ċipru wara li borra u xita ddominaw il-gżira. Dan ġie rrappurtat mill-midja Ċiprijotta.

Il-vittmi mietu meta l-karozza li kienu fiha tkaxkret minħabba x-xita qawwija l-Erbgħa filgħaxija. Jidher li x-xita li ħakmet lil Ċipru kmieni nhar it-Tlieta filgħodu baqgħet nieżla propju sal-lum. Dan il-maltemp mistenni jibqa’ jippersisti fl-24 siegħa li ġejjin.

Resident partikolari qal mal-midja Ċiprijotta li f’temp ta’ ftit minuti minn xemx tiżreġ it-temp inbidel għal wieħed kiesaħ u seta’ jinstema’ r-ragħad mill-bogħod.

Kawża tal-maltemp bosta karozzi tkaxkru fil-baħar, toroq prinċipali kellhom jingħalqu u l-iskejjel waqfu jilqgħu l-istudenti.