Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li s-serraturi ta’ bibien ewlenin fil-Ministeru nbidlu bħala parti minn proċess ta’ mmodernizzar.

Hija kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat tal-Oppożizzjoni Chris Said, li staqsa x’kienet ir-raġuni li nbidlu s-serraturi ta’ bibien li jagħtu għal ċertu dipartimenti ewlenin fil-bini tal-Ministeru.

Dr Caruana spjegat li fid-dawl tal-proċess u proġett tar-retro fitting talMinisteru se jinbidel kollox. “B’hekk se jkollna uffiċini ġodda, moderni u energy efficient”, żiedet tgħid.