Il-pagamenti taċ-children’s allowance se jibdew jintbagħtu mis-Sibt 15 ta’ Diċembru skont il-Gvern.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Familja spjega li l-Ministru Michael Falzon qal li l-ewwel tliet xhur tas-sena 2019 se jfissru kważi €9 miljun fil-bwiet ta’ 42,000 familja u b’total ta’ 63,000 wild. Hu qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Falzon qal li minn Jannar se jibdew jingħataw żidiet fiċ-children’s allowance, u għall-ewwel darba fi ħdax-il sena se tiżdied ċ-children’s allowance għall-familji, bi dħul gross ta’ anqas minn €20,000 fis-sena. Intqal ukoll li matul is-sena kurrenti ingħatat żieda wkoll fil-foster care allowance b’€1,560 fis-sena.