Missier fl-Istati Uniti ġie sfurzat jagħżel jekk islavax lil martu jew lit-tarbija tiegħu wara kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas.

Frederick u Keyvonne Connie kienu qed jistennew it-twelid ta’ binthom f’Jannar li ġej, madanakollu fit-30 ta’ Novembru Keyvonne sofriet minn emoraġija u ttieħdet immedjatament fi sptar ġewwa Colorado.

Iddaħlet l-isptar sabiex teħles permezz ta’ ċesarja iżda Fredrick intalab jagħmel deċiżjoni. It-tobba qalulu li biex isalvaw lil bintu hemm ċans li martu titlef ħajjitha. Hu ddeċieda li jsalva lit-tarbija u Keyvonne irnexxielha tgħix fit-tul biżżejjed sabiex tara r-ritratti ta’ bintha qabel ma mietet.

Ma Fox31 Fredrick irrakkonta kif it-tobba ppruvaw jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex isalvaw lill-mara, iżda qalbha ma kinitx b’saħħitha biżżejjed. Hu sostna li minkejja d-deċiżjoni li għamel, li kieku ddeċieda li jsalva lil Keyvonne, kienet tobgħodu għall-ħajtu kollha hekk kif kien jaf li hi stess keient tagħmel l-istess deċiżjoni li għamel hu.