Fil-programm Follow Up tal-Ħamis 6 ta’ Diċembru, nitkellmu dwar ir-reżistenza pubblika. Meta u għalfejn għandu l-poplu jipprotesta? Hija ġġustifikata l-vjolenza? Fl-isfond tal-irvellijiet fi Franza, niddiskutu wkoll ir-rwol tad-diżobbidjenza ċivili u nħarsu lejn il-kuntest lokali. Nagħmlu dan f’intervista ma’ Andre’ Callus, attivist tal-Graffitti. Imexxi l-programm Dr George Vital Zammit.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.