Ħadd ma weġġa’ meta forn ħa n-nar f’dar fil-Ħamrun.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15 pm fi Triq Giovanni Barbara. Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.