Rapport prinċipali maħruġ minn Lancet International Commission on Dementia Prevention and Care ikkonkluda li madwar 35% tal-każijiet tad-dimenzja jistgħu jiġu evitati jew itardjati.

Skont Maria Carrillo, il-Kap Eżekuttiv Xjentifiku tal-Assoċjazzjoni għall-Alzheimer’s qalet li hemm modi kif tista’ tgħix ħajtek li jistgħu jgħinuk tnaqqas ir-riskju tad-dimenzja.

  1. Kul inqas laħam mixwi
  2. Għamel l-eżeċizzju fuq treadmill
  3. Kompli studja tul ħajtek – skont l-istudju ta’ Lancet instab li persuni li jsofru mid-dimensja kellhom edukazzjoni iktar baxxa minn oħrajn
  4. Mur għand tabib jekk tibda tonqos mis-smigħ
  5. Torqodx inqas minn ħames sigħat jew aktar minn 10 sigħat kull lejl
  6. Ħu ħsieb il-pressjoni
  7. Ħu ħsieb il-piż
  8. Tpejjipx
  9. Fittex l-għajnuna jekk taqa’ f’dipressjoni
  10. Żomm ruħek attiv billi tissoċjalizza ma’ ta’ madwarek
  11. Ilbes helmet meta ssuq rota, mutur jew xi vettura oħra tat-tip
  12. Ipprova affarijeit ġodda kuljum
  13. Xarrab il-patata għal madwar kwarta qabel ma ssajjarha
  14. Qum bilwieqfa kull nofs siegħa
  15. Tgħallem kif għandek timmedita