German Chancellor Angela Merkel gestures as she speaks during a session at the lower house of parliament Bundestag in Berlin, Germany November 21, 2018. REUTERS/Fabrizio Bensch

Vot storiku fil-Ġermanja hekk kif il-Partit Kristjan-Demokratiku se jivvota biex jeleġi leader ġdid u s-suċċessur għal Angela Merkel bħala kanċillier Ġermaniż.

Iż-żewġ kandidati meqjusa bħala favoriti għal din il-pożizzjoni huma Annegret Kramp-Karrenbauer, meqjusa bħala l- magħżula ta’ Merkel u Frierich Merz, rival ta’ l-istess Merkel poġġa f’dubju l-garanzija kostituzzjonali għal ażil lil dawk kollha li qed jiġu persegwitati politikament u li jemmen f’Germanja, bħala l-ikbar ekonomija fl-Ewropa għandha tikkontribwixxi aktar għal Unjoni Ewropea.

F’Ottubru li għadda, Merkel ħabbret li kienet se jirtira minn kap tal-kristjan-Demokratiċi iżda kienet se tibqa’ kanċillier f’tentattiv li tfassal hi l-ħruġ tagħha mill-politika wara serje ta’ disfatti u deċiżjoni diviżiva li ħadet fl-2015 li jżomm il-fruntieri Ġermaniżi miftuħin għal dawk li qed jaħarbu l-Gwerra mil-Lvant Nofsani.

Il-Kap il-Ġdid se jkun elett minn eluf delegat li se jivvotta f’elezjoni li qed ssir f’Hamburg u se jmexxi l-koalizzjoni tal-Partit Kristjan-Demokratiku fl-elezzjonijiet Federali fl-2021.