Ħmara fl-Indja li kienet salvata minn ħalq il-mewt spiċċat kisbet popolarità fuq il-midja soċjali wara li tpoġġa filmat tagħha tkanta. L-għaqda mhux governattiva spjegat kif il-ħmara ssorprendiet lil kulħadd minħabba li kapaċi tilħaq noti għolja meta tkun fil-burdata.

Il-vidjo ta’ Emily qed idur fuq il-mezzi tal-midja soċjali. Kelliem għal RESQ Charitable Trust qalu ma’ Times of India li l-vidjo rawh diversi nies fuq Facebook u Instagram. Spjegaw kif il-ħmara instabet f’kundizzjonijiet kritiċi wara li weldet felu fit-toroq ta’ Pune, fl-Indja. Kompliet tgħid kif meta nstabet bilkemm setgħet toqgħod bil-wiefqa filwaqt li l-felu kien diġà mejjet. Għall-bidu, Emily kienet ħmara aggressiva u ma kienetx tieħu gost bil-kumpanija iżda llum il-ġurnalta Emily fieqet mit-trawma u saret tmur tajjeb kemm mal-ħmir u man-nies.