M’hemm xejn bħall-ferħ li ġġib magħha relazzjoni li tkun sejra tajjeb. Imma minkejja li fl-emozzjonijiet kollox ikun sejjer ward u żahar, il-provi juru li fiżikament ma jkunx il-każ, għax min ikun f’relazzjoni huwa aktar probabbli li jrabbi ż-żaqq.

Ix-xjenza qed tgħidilna hekk

Riċerkaturi fl-Università ta’ Queensland fl-Awtsralja wettqu studji fuq 15,000 persuna għal dawn l-aħħar 10 snin u sabu li dawk li jkunu f’relazzjoni romantika pożittiva jiżnu madwar 5.8 kilos iżjed minn oħrajn li ma jkunux f’relazzjoni. Barra minn hekk, nies li jkunu f’relazzjoni għandhom it-tendenza li jżidu 1.8 kilo fis-sena…

Tagħmel ftit sens…

Nies li jkunu f’relazzjoni jew li jkunu miżżewġin għandhom obbligu li jieklu flimkien, li jkollhom l-ikliet tal-familja. Li tiekol ma’ xi ħadd minflok tiekol waħdek għandu l-benefiċċji tiegħu, imma ma ninsewx li kulma jmur, aktar ikun qed jiżdied il-piż… Teżisti t-tendenza wkoll li meta xi ħadd ikun fi grupp iżjed jiekol porzjon kbir u b’iżjed kaloriji. Inkella biex se nżewqu l-profil ta’ Instagram tagħna jekk mhux bl-ikel? U jekk namrat ikollu drawwa jiekol ikel li jħaxxen, dan se jgħaddiha lin-namrata tiegħu, u viċiversa.

Naturalment, minkejja dan, huma ħafna l-koppji li jqisuha l-missjoni tagħhom bħala koppja li jnaqqsu l-piż flimkien u jibdew imorru l-gym u jieklu tajjeb flimkien.

Imma…
Li koppja tiekol flimkien juri kemm iż-żewġ persuni jkunu komdi fil-kumpanija ta’ xulxin, li ma jiddejqux jekk in-namrat/a tagħhom j/tarahom jikkunsmaw xi 5 biċċiet pizza jew pancakes kif tmiss il-liġi.