Kull min qed ifittex xi ħaġa daqsxejn differenti għal dawk li jħobbu l-ikel dan il-Milied, jistgħu jagħtu titwila lejn il-Mediterranean Culinary Academy.

Biex jiċċelebraw il-Milied, l-MCA ħabbru serje ta’ pakketti festivi esklussivi li jagħmlu r-rigal ideali għal ħbieb li jħobbu l-ikel, minn esperti tat-tisjir fid-dar għal koki esperti tal-futur. Barra minn hekk, se jkunu qed joffru wkoll workshops għat-tfal għall-ewwel darba matul l-istaġun tal-festi.

Għal dawk li jħobbu l-kċina Taljana  u tal-Lvant

Kull min iħobb il-kċina Taljana jista’ jtejjeb il-ħiliet tat-tisjir Mediterranju tiegħu bil-pakkett tal-Kċina Reġjonali tal-Italja tal-Milied. Għal €299 biss, il-pakkett jinkludi erba’ sessjonijiet prattiċi ma’ koki esperti, li se jikkondividu t-togħmiet u t-tekniċi uniċi ta’ reġjuni speċifiċi madwar l-Italja. Minbarra s-sessjonijiet, il-pakkett jinkludi wkoll fardal ta’ MCA, Kard ta’ Lealtà MCA u pakkett ta’ melħ sabiħ lokali.

Għal €299, hemm ukoll pakkett simili li jesplora l-kċina delizzjuża u kemxejn pikkanti tal-Magreb u l-Lvant Għarbi. Flimkien ma’ erba’ sessjonijiet informattivi ta’ tisjir relatati mar-reġjun, il-pakkett joffri wkoll fardal tal-MCA u Kard ta’ Lealtà MCA, kif ukoll taħlita ta’ ħwawar Za’atar b’togħma u riħa li tfakkrek f’din il-parti affaxxinanti tad-dinja.

Diversi klassijiet tat-tisjir prattiċi

Jew, minflok kors li jiffoka fuq reġjun speċifiku wieħed, forsi l-ħabib jew ħabiba li jħobbu l-ikel jixtiequ jippruvaw kwalunkwe klassi tat-tisjir, biex ikunu jafu x’jgħodd għalihom l-aktar. Għal €75 biss, jistgħu jippruvaw xi ħaġa ġdida billi jagħżlu waħda mid-diversi klassijiet tat-tisjir prattiċi li jsiru fl-MCA matul is-sena, kif ukoll jirċievu Kard ta’ Lealtà MCA u flixkun Żejt taż-Żebbuġa Extra Verġini Endemiku Monovarjetali Bidni, magħmul lokalment.

Kull wieħed mill-pakketti ta’ rigali u workshops ta’ MCA jinkludi kupun personalizzat, f’pakkett li jkun lest biex jinġabar minn wieħed mill-uffiċċji ta’ MCA f’Tas-Sliema jew il-Belt Valletta fi żmien tlieta sa ħamest ijiem mill-ordni tiegħek. Imbagħad, ir-rigal tiegħek ikun lest biex jitpoġġa taħt is-siġra tal-Milied, biex ikun ta’ sorpriża maġika kulinarja għall-għeżież tiegħek f’jum il-Milied.