Żagħżugħ ta’ 21 sena li kien passiġier f’karrozza weġġa’ gravi meta l-karrozza li kien fiha daħlet ġo siġra f’Ħaż-Żabbar.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 9.30pm meta xufier ta’ 46 sena, tilef il-kontroll tal-karrozza tiegħu u baqa’ dieħel go siġra fi Triq Wiedil-Għajn Ħaż-Żabbar.

Fil-karrozza kellu żewġ passiġieri miegħu żagħżugħ ta’ 21 sena li weġġa gravi u ieħor ta’ 25 sena li ma sofra l-ebda ġrieħi.