Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn xi għoli xħin kien fuq xogħol f’Ħal Qormi.

Għall-ħabta tat-2.45pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo Triq il-Furnar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u sabet li raġel ta’ 42 sena li hu residenti l-Fgura waqa’ minn xi għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq lifter.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei u fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Infetħet inkjesta fuq il-każ immexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.