Omm sfat armla wara li l-grupp tal-Istat Islamiku qatlet lil żewġha. Huma rritornaw lura fil-Belt ta’ Hawija u sabu li d-dar tagħhom kienet imġarrfa. Huma bnew dar żgħira fuq art tal-Gvern li ma tintużax.

L-omm li ma taħdimx tgħix fuq dak li jatuha għaqdiet non-governattivi. Riċentament hija ġiet infurmatha li d-dar tagħha hija mibnija illegalment u għalhekk ser iwaqqgħuha u hi se terġa’ ssib ruħha ġol-kampijiet.

Din u stejjer oħra huma realtajiet li miljuni ta’ Iraqin qed jgħixu hekk kif fid-disgħa ta’ Diċembru jitfakkar l-ewwel anniversarju minn meta l-Gvern Iraqin ħabbar ir-rebħa fuq il-grupp tal-Istat Islamiku. Bħalissa hemm ħafna nies li jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom u dan ifisser li s’issa dawn ma jistgħux jerġgħu jibnu ħajjithom.

Minkejja li matul din is-sena l-ġlied naqas ħafna, madwar 66% qalu li ma jistgħux jirritornaw lura fejn kienu joqogħdu sas-sena d-dieħla.