Il-ġenituri ta’ Mia O’Connell bdew jappellaw għall-għajnuna sabiex tinstab binthom ta’ 12-il sena li kienet ilha nieqsa mill-bieraħ u li nstabet dalgħodu fit-tard.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li t-tifla nstabet, u ommha qalet kemm hi grata tal-għajnuna kollha.

Skont il-messaġġ fuq Facebook, it-tifla kienet ilha nieqsa mill-4pm tal-bieraħ. Hi tattendi l-iskola ta’ St Catherine’s f’Pembroke u tgħix fis-Swieqi.

Kull min għandu xi informazzjoni ntalab jgħaddiha lill-Pulizija.