Facebook - Carabinieri (Arkivji)

Raġel akkużat b’attentat ta’ qtil u li skatta bomba quddiem residenza ta’ imprenditur ġie arrestat fl-Italja wara li niżel minn titjira li telqet minn Malta.

Skont il-midja Taljana, ir-raġel ta’ 69 sena mill-Italja pprova jieħu flus bil-forza u t-theddid minn imprenditur Taljan li jaħdem fis-settur taż-żejt. Hu ġie arrestat nhar il-Ġimgħa fl-ajruport ta’ Napli. In-neputijiet tiegħu li huma akkużati b’akkużi simili diġà ġew arrestati.

Il-familja kienet qed titlob lill-imprenditur biex jagħtihom lura €700,000 li kienu selfuh.