Il-villaġġ tal-Milied tar-Rabat b’madwar 100 stall, Natalis Notabilis, infetaħ għall-pubbliku b’serata li inkludiet spettaklu tat-teatru, mużika, u tiżjin bid-dwal dekorattivi.

Fi stqarrija, l-organizzaturi qalu li l-attività se tibqa’ għaddejja sat-13 ta’ Diċembru. Parti kbira mill-attrazzjoni tikkonsisti f’100 stall li għandhom ikel, ħelu, u oġġetti artiġjanali. Hemm ukoll ikel tradizzjonali Ġermaniż.

Skont is-sit ta’ Natalis Notablis hemm ukoll servizz ta’ park and ride minn Triq l-Infetti sad-Domus Romana.

Filmat: Miguela Xuereb