L-Arċisqof Charles Scicluna qal li kien emozzjonat waqt iż-żjara tiegħu fil-presepju ħaj ta’ Ħal Lija.

Dan qalu ma’ Newsbook.com.mt wara li fetaħ il-presepju li qed jiġi organizzat mis-Soċjetà Sant’ Andrija flimkien mas-Soċjetà Mużikali San Pio X. Il-presepju se jibqa’ miftuħ sal-25 ta’ Diċembru.