Charles Casha jitkellem ma’ Frederick Zammit dwar il-pubblikazzjoni Papers in a Tin Box, verżjoni aġġornata u edittjata tar-rumanz “L-Appartament fir-Raba’ Sular” (2004) bi traduzzjoni bl-Ingliż minn Joan Mallia. F’dan ir-rumanz Casha qiegħed kontinwament jivvjaġġa mill-preżent għall-passat waqt il-bini tal-ġrajja. Għalkemm għall-ewwel, wieħed jista’ jaħseb li Samwel huwa l-protagonista prinċipali tal-ktieb, hekk kif tkompli tiżvolġi l-istorja, jitfaċċaw diversi karattri li għandhom  importanza kbira u li jistgħu jitqiesu bħala karattri prinċipali flimkien ma’ Samwel.