Tmiem Novembru u l-bidu ta’ Diċembru jfissru numru sabiħ ta’ gradwati ġodda, li din is-sena jammonta għal ‘il fuq minn 3,340 student fi kważi 30 ċerimonja tal-gradwazzjoni. L-iktar fakultà li ggradwaw studenti minnha kienet il-Fakultà tal-Ekonomija, l-Immaniġġjar u l-Accountancy bi kważi 400 student.

Kien hemm total ta’ 2,155 gradwat ta’ qabel il-lawrja u 1,186 gradwat ta’ wara l-lawrja.

Wara l-Fakultà tal-Ekonomija, it-tieni l-akbar numru ta’ gradwati kienu dawk tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa, u mbagħad 265 mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u 235 mill-Fakultà tal-Arti.

L-iżjed li ggradwaw wara l-lawrja kienu 225 student mill-Fakultà tal-Mediċina, li segwewhom kważi 200 fil-Fakultà tal-Ekonomija u 174 mill-Fakultà tal-Liġi.

Fost dawn il-gradwati, kien hemm 2 studenti ta’ Newsbook.com.mt li ggradwaw mill-Fakultà tal-Arti.