Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li meta wieħed iħares lejn l-istatistika tal-EuroStat ta’ Malta mqabbla mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, jaqbdu sturdament minħabba d-distakk li teżisti fiċ-ċifri ekonomiċi ma’ pajjiżi oħra.

Meta kien qed jitkellem f’attività politika fin-Naxxar, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li preżentament Malta qisha t-tim tal-futbol Taljan Juventus li qed jilagħbu f’league għalihom. Il-Prim Ministru ħabbar li fil-jiem li ġejjin il-Gvern kien se jħabbar ftehim ġdid għal investiment li jkattar iktar ġid għall-ekonomija u s-soċjetà Maltija.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja r-riżultati deskritti bħala eċċezzjonali fuq l-ekonomija, l-aħbar li tagħtu pjaċir l-iktar din il-ġimgħa kienet il-ferħ li ra fuq il-ħarsa tal-familjari tan-nies b’diżabilità wara l-inawgurazzjoni ta’ Casa Apap Bologna li nbiddlet f’respite centre u dik tal-ġenituri taż-żgħażagħ li ggradwaw fil-jiem li għaddew.

Huwa qal li l-iktar ħaġa li tagħtih pjaċir hi li l-Gvern qed jagħmel id-differenza fil-ħajja tal-familji.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern Laburista daħħal l-istabbiltà fil-qasam tal-enerġija u l-Maltin insew il-kontijiet tad-dawl u ilma, waqt li l-familji qed igawdu minn żieda fil-pensjonijiet u ċ-children’s allowance.

Huwa qal li l-Gvern biddel ir-rotta tal-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li kienu ħolqu minn kriżi għall-oħra. Huwa qal li din il-ġimgħa l-gazzetta The Times fakkritu li 25 sena ilu Gvern Nazzjonalista kien għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kien għamel l-istess 10 snin ilu.

Sant jitlob lil Muscat biex jibqa’ fil-kariga

Qabel id-diskors tal-Prim Ministru, l-eks Kap tal-Partit Laburista Alfred Sant ħeġġeġ lil Joseph Muscat biex jibqa’ fit-tmexxija tal-Partit.

Sant beda d-diskors tiegħu b’indirizz lill-Prim Ministru., “Jien qiegħed nippreżenta ruħi bħala kandidat Ewropew tal-Partit Laburista għax il-Prim Ministru talabni nerġa nikkontesta. Jien issa qed inħeġġeġ lilu biex jibqa’ fil-kariga u jkompli bħala Prim Ministru.