Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, mistenni jagħti aħbar importanti wara l-protesti vjolenti madwar il-pajjiż mill-attivisti tal-ġkieket sofor.
L-attivisti sfidaw lill-Pulizija f’Pariġi fejn tefgħu ġebel, ħarqu l-karozzi, u vvandalizzaw bosta ħwienet għar-raba’ ġimgħa infila, b’riżultat li l-awtorità ta’ Macron hija inkwistjoni.
Wara din l-aħbar tal-President, il-ħaddiema Franċiżi bdew jikinsu t-toroq u jiġbru l-ħġieġ.
Il-President qed jiġi kkritikat talli ma deherx fil-pubbliku dil-aħħar ġimgħa, avolja l-vjolenza eskalat. L-aħħar indirizz pubbliku li ta kien fl-aħħar tax-xahar li għadda fejn qal li mhuwiex se jibdel il-politika tiegħu minħabba d-delinkwenza tan-nies ta’ qattagħni.