Għall-ħabta tas-1.30pm,il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha,  raġel ta’ 60 sena mix-Xewkija sofra ġrieħi gravi ġol-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel.  Dan irriżulta mill-istħarriġ preliminari li sar mill-pulizija tad-distrett.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.