Raġel weġġa’ bil-mutur tal-ħart hu u jaħdem f’għalqa f’Ħal Kirkop.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li għall-ħabta tal-11.30am, raġel ta’ 43 sena miż-Żurrieq, weġġa’ waqt xogħlu fl-għalqa fi Sqaq l-Imdina.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.