Il-kelliema Jennifer Christie tkellmet fuq l-esperjenza tagħha bħala omm li ġiet stuprata u ddeċidiet li żżomm lit-tarbija, u qed trabbiha ma’ żewġha. Fid-diskors tagħha, Jennifer qalet li ‘l quddiem, għad tgħid lil binha li hu ġej minn Alla u mhux minn stupru. Hija qalet li meta n-nies jistaqsuha jekk it-tifel tagħha jfakkarhiex fl-esperjenza li għaddiet minnha, hi twieġeb li iva iżda tiftakar kemm Alla min esperjeza qarsa u diffiċli fejn kienu qed iħossuhom imkissra ppremahom b’tifel.

Cristie qalet li t-tifel jfakkarha li l-imħabba hija iktar b’saħħitha mill-mibgħeda, kif ukol li l-imħabba dejjem tirbaħ. semmiet li kif persuna tinsab fid-dinja ma jiddependix biss fuq kif bdiet il-ħajja.

Iċ-Chairperson tal-Life Network Foundation Malta Miriam Sciberras, qalet li dawn fl-aħħar żmien kien hawn tibdil kbir fis-soċjetà tagħna u dan huwa rifless fil-liġijiet kif qed jinbidlu. Semmiet kif il-Women Rights Foundation qalu li ma għandhomx stand dwar l-introduzzjoni tal-abort u jgħidu li trid issir diskussjoni dwar il-dikrimilizzazzjoni tal-abort u diskussjoni dwar l-abort f’każijiet estremi bħat-tifel ta’ Jennifer, bħal tfal b’diżabilità u oħrajn.

Fost in-nies preżenti hemm il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg.

Aktar Kmieni 

Fit-3.30pm, minn quddiem Kastilja beda marċ favur il-ħajja bil-kelliema Jennifer Christie, l-persuna li għażlet il-ħajja tat-tifel tagħha wara li ġiet stuprata, ir-raġel tagħha u ċ-chairperson tal-Life Network Foundation Malta Miriam Sciberras.

Jennifer Christie f’intervista minn Fr Joe Borg irrakkuntat kif meta kienet sejra lura l-lukanda wara ġurnata xogħol, raġel segwiha uża l-forza fuqha, stupraha u kisriha numru kbir ta’ għadam.

Christie kompliet tgħid li l-istupru ma għandux jiftaħ il-bieb għall-abort u għalhekk hija ddeċidiet li titkellem favur il-ħajja. Ir-raġel ta’ Jennifer, Jefrey qal minkejja li ma kienx faċli għalih huwa ddeċieda li jkun hemm għal martu u l-familja. Huwa qed irabbi lit-tifel daqs li kieku kien tiegħu minkejja li mhuwiex missieru.