It-tim mit-tieni divizjoni Balzan Youths AFC wettaq l-ewwel sorpriża fil-MAFA Christmas Cup meta għeleb lil Senglea Gunners grazzi għar-riżultat ta’ 1-0.

Dan huwa l-ewwel staġun għal Balzan Youths fil-MAFA u kisbu rebħa mistħoqqa kontra t-tim mill-Kottonera. L-unika gowl tal-logħba wasal fis-27 minuta permezz ta’ azzjoni personal min-naħa ta’ Shaun Matintela li qabeż lill-gowlkiper Ludvic Fardell qabel tefa’ l-ballun fix-xibka.

Senglea Gunners ippruvaw isibu l-gowl tad-draw, iżda bosta żbalji tal-attakkanti u wirja ferm pożittiva mill-gowlkiper Andrew Agius fisser eliminazzjoni bikrija mill-kompetizzjoni għall-iskwadra li għandha ħafna iżjed esperjenza minn dik ta’ Balzan Youths.