Is-Sibt it-temp se jkun xemxi iżda r-riħ se jżid minn forza erba’ jżid għall-forza sitta. Mal-lejl ir-riħ jista’ jżid għall-forza sebgħa. Skont il-paġna ta’ facebook First Malta, it-temperatura matul il-lejl se tinżel għall-11°C.

Madanakollu matul il-lejl tal-Ħadd ir-riħ se jerġa’ jonqos għall-forza tlieta.

Għalhekk matul dawn il-jiem ilbes sew ħalli ma tħossx bard.