Tifla ta’ seba’ snin irrappurtat lill-missierha mal-Pulizija talli ma żammx kelmtu u jibnilha toilet.

F’ittra li kitbet lill-Pulizija t-tifla Indjana qalet li missierha għandu jiġi arrestat għax ‘seraqha’ mix-xewqa li kellha u mill-wegħda li kien għamel magħha. Fl-ittra t-tifla esprimiet kemm tħossha tistħi li jkollha taqdi l-bżonnijiet tagħha barra.

Fl-Indja l-maġġoranza tal-popolazzjoni m’għandhomx aċċess għal toilet. Skont UNICEF kważi 500 miljun persuna jkollhom jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom barra f’post pubbliku.