Giuseppe Marotta ħabbar il-ħatra tiegħu bħala CEO ta’ Inter Milan permezz ta’ vidjo fuq il-paġna ta’ Twitter tal-klabb. Juventus temmew il-kuntratt ta’ Marotta f’Ottubru l-għadda biex b’hekk ġie fi tmiemu perjodu ta’ tminn snin fejn il-klabb minn Turin rebaħ seba’ titli tas-Serie A konsekuttivi filwaqt li reġa’ beda jitqies bħala wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej.

Id-direttur ta’ 61 sena stqarr: “Mill-lum ħa nkun parti mill-klabb rinomat ta’ Inter. Inħossni kburi u ser ikolli r-reponsabilta ta’ CEO fil-qasam tal-isport.”

Inter Milan ilhom ma jirbħu trofew mill-2011 u jinsabu 14-il punt wara Juventus fis-Serie A.