Dawk li jiċċelebraw għeluq sninhom f’Diċembru jgħidu li dan mhux l-aħjar żmien tas-sena għax kulħadd ikun moħħu fil-Milied. Dawk li l-birthday tagħhom ikun qrib il-Milied, igergru għax jispiċċaw jirċievu ‘rigal wieħed’ minflok tnejn.

Madanakollu studji xjentifiċi jindikaw li dawk li twieldu f’Diċembru għandhom ħafna aktar benefiċċji mill-bqija. Ara x’inhuma:

  • Ċans akbar li jgħixu iktar
  • Huma aktar dħulin
  • Ibatu inqas bil-burdati
  • Inqas ċans li jkollhom problemi f’qalbhom
  • Persuni ta’ filgħodu

Dawn il-punti ħarġu minn riċerki differenti li saru min-National Center for Biotechnology Information fl-Istati Uniti,  mill-Journal of Aging Research f’Londra u mill-Medical Daily fl-Istati Uniti.