Il-Pageant tal-Milied f’San Lawrenz, li qed jiċċelebra l-50 sena tiegħu, se jsir il-Ħadd 23 ta’ Diċembru mis-6pm ‘il quddiem fil-pjazza u t-toroq ta’ San Lawrenz.

Kif ir-raħal ta’ Oberammergau fil-Ġermanja jgħix biex kull 10 snin itella’ pageant dwar il-passjoni, hekk ukoll ir-raħal ta San Lawrenz jgħix biex kull Milied itella’ dan il-pageant.

Beda sempliċi u baqa’ sempliċi – George Borg, l-ideatur ta’ dan il-Pageant flimkien ma’ sħabu tal-Għaqda Drammatika San Lawrenz kienu qabdu kostumi li sabu fil-gwardarobba tal-istess għaqda li kienu jintużaw fid-dramm tal-Milied li kien jinħadem fl-antik u li għandu storja sabiħa wkoll, u libbsu ftit personaġġi u ħarġuhom fit-triq.

Hekk għadu jsir illum bid-differenza ta’ aktar personaġġi u kostumi magħmula apposta.

L-attriċi Cate Blanchett li żaret dan il-pageant stqarret li f’ħajjitha qatt ma għexet Milied li ħalla daqshekk paċi f’qalbha daqskemm ħalla l-Milied li għexet f’San Lawrenz.

Din is-sena dan il-pageant li se jkun wieħed speċjali u interattiv, apparti li l-udjenza se terġa’ tkun parti minn dan il-pageant, se tiġi organizzata sorpriża għat-tfal li fiha se jkunu protagonisti anke fl-aspett teknoloġiku.  Dan il-pageant snin ilu kien introduċa wkoll it-3D mapping show f’Għawdex. Għal din l-okkażjoni se jsir spettaklu ieħor ta dan it-tip, qabel, waqt u wara l-Pagaent.

Dan qed isir bil-kooperazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.

This slideshow requires JavaScript.