Il-korrispondent tar-Reuters Stephen Grey qal fi tweet li mhux vera li l-Korp tal-Pulizija Malti talab għall-għajnuna tal-awtoritajiet tal-Latvja wara li rapport tal-Awtorità Maltija Kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) ħareġ li mal-$1.4 miljuni kienu ġew trasferiti minn 17 Black lejn ABLV – bank fil-Latvja.

Il-Pulizija qatt ma għamlu talba formali mal-Awtoritajiet fil-Latvja biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa dwar 17 Black. Dan minkejja li l-FIAU kellha r-rapport fi ħdanha minn Marzu.

Madanakollu, skont Grey, illum l-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali u l-Ministru għall-Ġustizzja tal-Latvja qalu lill-korrispondent tar-Reuters fil-Latvja, Ģederts Ģelzis li għadhom ma rċevew l-ebda talba għall-assistenza.

17 Black: Malta has all the information – Gomes