Manchester United keċċa lill-manager Jose Mourinho.

Il-klabb tal-futbol qal li se jkun qed jitlaq b’effett immedjat. Il-klabb irringrazzja lil Mourinho tax-xogħol li għamel ma’ Manchester United u awgurawlu kull suċċess fil-futur tiegħu.

Manchester United se jkunu qed jappuntaw caretaker manager sat-tmiem tal-istaġun sakemm isibu manager full-time ġdid.