Id-difensur Brażiljan Alex Sandro ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus sal-2023. It-timijiet tal-Premier League Ingliż Chelsea u Manchester United kienu wrew interess fl-eks plejer ta’ Porto iżda dan il-kuntratt il-ġdid mal-Bianconeri mistenni jtemm kull tama ta’ dawk interessati.

Minn meta ngħaqad ma’ Juventus fl-2015, Sandro sar plejer indispensabbli għal Juve u rnexxielu jirbaħ 3 kampjonati Taljani u 3 darbiet il-Coppa Italia f’134 logħba. Hu diġa lagħab 20 darba dan l-istaġun għat-tim ta’ Massimiliano Allegri u għamel ukoll ritorn fit-tim nazzjonali Brażiljan.