Għall-15-il sena konsekuttiva l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria se ttella’ l-kampanja ġbir ta’ fondi Minn Qalb iż-Żrieraq, din id-darba b’risq id-dar Santa Tereża fiż-Żurrieq bejn il-Ġimgħa 21 u l-Ħadd 23 ta’ Diċembru f’Misraħ ir-Repubblika fiż-Żurrieq

Apparti li l-pubbliku jkun jista’ jista’ jagħti d-donazzjonijiet, se jgawdi wkoll minn diversi attivitajiet fosthom:

  • Bejgħ ta’ pjanti u ponsjetti
  • Bejgħ ta’ ikel u ħelu tradizzjonali tal-Milied
  • Maratona tal-Liedna
  • Lotterija
  • Turnew tal-Playstation

Is-Sibt filgħodu se jkun hemm sessjoni ta’ teħid ta’ ritratti ma’ Father Christmas. Is-Sibt filgħaxija kunċert mill-Queen Victoria Ensemble u wara, Alvin Gee se janima s-serata.

Il-Ħadd filgħodu attività ta’ għoti tad-demm mid-9am ‘il quddiem, bosta kantanti u żeffiena u stands ta’ artiġjanat. Se jkun hemm wirja tal-klieb mill-Correctional Service Division K9.

Il-Ħadd filgħaxija tiġi fi tmiemha l-maratona fejn fis-6pm jagħtu sehemhom diversi kantanti stabbiliti u fis-7.30pm jibda marċ mill-Banda Queen Victoria b’għanjiet tradizzjonali tal-Milied u tiġi ppreżentata s-somma miġbura lid-dar Santa Tereża. Wara jitqassmu r-rigali mill-Missier tal-Milied.